1. Għal xiex jintuża?

L-apparat tan-nifs huwa differenti mit-Tagħmir ta’ Protezzjoni tan-Nifs u huwa maħsub biss biex jgħin lill-persuni li jsibu ruħhom f’diffikultà. L-apparat tan-nifs mhuwiex maħsub għall-użu ġenerali bħala protezzjoni kontra d-dħaħen u l-gassijiet.

L-apparat tan-nifs jiġi pprovdut lil nies li jkollhom jidħlu fi spazji magħluqa (jekk il-post ikun meqjus sigur). Dawn l-ispazji magħluqa normalment ikunu jinstabu l-aktar fuq il-bastimenti, iżda wieħed jista’ jsibhom ukoll fuq l-art eż. mini tal-ajruport. Dawn ikunu żoni li jistgħu jkunu nieqsa mill-ossiġnu jew ikollhom ossiġnu żejjed, jew ikun fihom dħaħen li jaqbdu jew tossiċi.

Tista’ ssib gwida dwar il-proċeduri li għandhom ikunu adottati meta tidħol f’post magħluq, u kif għandek tuża apparat tan-nifs fit-taqsima Ix-Xogħol Mingħajr Periklu fuq il-Bastimenti.

Tinsiex! L-apparat tan-nifs mhuwiex mgħammar biex tkun tista’ taħdem f’atmosferi perikolużi.

L-apparat tan-nifs huwa pprovdut sabiex jgħinek toħroġ minn ġo post magħluq jekk it-tagħmir ta’ monitoraġġ tal-gass jindika problema fl-atmosfera. Jgħin ukoll sabiex iżommok ħaj jekk issib ruħek f’diffikultà waqt li tkun f’post magħluq, sakemm tkun tista’ tiġi salvat mis-servizzi tal-emerġenza.



2. X’tipi hemm disponibbli?

Ġeneralment jintużaw żewġ tipi distinti ta’ apparat tan-nifs:
Minbarra l-apparat tan-nifs, tista’ tkun teħtieġ ukoll torċ intrinsikament sikura, ċineg tas-sigurtà, ħbula tas-sigurtà (lifelines) u ħbula ta’ lokazzjoni għall-użu fi spazji magħluqa, flimkien ma’ tagħmir ta’ monitoraġġ tal-gass.



3. Kif nużah?

M’għandek tuża l-ebda tip ta’ apparat tan-nifs qabel tkun għamilt eżami mediku u tkun temmejt b’suċċess kors ta’ taħriġ.

Għandek issib aktar dettalji dwar it-taħriġ, l-eżamijiet mediċi u kif tuża l-apparat tan-nifs għand l-amministrazzjoni nazzjonali tiegħek.

Ma tistax tuża l-apparat tan-nifs jekk għandek daqna, jew jekk is-soltu tilbes nuċċali — dan għaliex il-maskra għandha tkun issikkata tajjeb mal-wiċċ.



4. X’inhuma l-limitazzjonijiet tiegħu?

L-apparat tan-nifs huwa maħsub biss sabiex iżommok ħaj sakemm tkun tista’ toħroġ minn spazju magħluq, jew sakemm is-servizzi tal-emerġenza jkunu jistgħu joħorġuk minn hemmhekk. M’għandek qatt tkompli t-tiftix tiegħek waqt li tkun liebes l-apparat tan-nifs.

Tippruvax issalva kollegi li jkunu nqabdu fi spazju magħluq — dan huwa x-xogħol tas-servizzi tal-emerġenza.



5. Kif nieħu ħsiebu?

L-ispezzjoni u l-manutenzjoni: Il-proċeduri għall-ittestjar u l-iċċekkjar tat-tipi kollha ta’ apparat tan-nifs ikunu koperti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħek. Ir-rekwiżiti bażiċi huma:
  1. eżami viżiv taċ-ċineg, tal-maskra, tal-valvoli u taċ-ċilindri;
  2. kontrolli tal-pressa fiċ-ċilindri; u
  3. kontrolli tal-fluss tal-volum u tal-kwalità tal-arja pprovduta fl-apparat ta’ ‘salvataġġ’.
Dawn il-kontrolli għandhom isiru kollha mill-inqas darba fix-xahar. Jista’ jsir kuntratt ta’ manutenzjoni għat-tagħmir. Ikkuntattja lill-uffiċjal tat-tagħmir tiegħek għal aktar dettalji.

Iż-żamma ta’ reġistri: Żomm nota fil-log book ta’ kull eżami fil-fond u test li tkun wettaqt, inklużi:
Tista’ żżomm dawn in-noti fi kwalunkwe format li tixtieq, iżda għandhom ikunu disponibbli għall-ispezzjoni minn kull min ikun jixtieq jarahom. Ir-reġistri għandhom jinżammu għal ħames snin.

Iċ-ċineg ta’ sigurtà, il-ħbula tas-sigurtà u l-ħbula ta’ lokazzjoni: Dawn għandek tispezzjonahom għal xi sinjal ta’ tkagħbir minħabba l-użu qabel tużahom. Wara li tużahom, naddaf il-ħbula tas-sigurtà u l-ħbula ta’ lokazzjoni skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

Il-mili taċ-ċilindri mill-ġdid: Ladarba ċilindru jkun intuża, ikun kemm ikun twil il-ħin ta’ użu, għandu jitneħħa mill-użu minnufih u jimtela mill-ġdid. Dan japplika kemm għall-ELSA kif ukoll għall-apparat ta’ sostenn tal-ħajja.



Il-gwida li tinsab f’din it-taqsima hija maħsuba sabiex infakkru b’mod ġenerali r-riskji li xi drabi wieħed jiltaqa’ magħhom waqt il-proċedura ta’ eżaminazzjoni u teħid ta’ kampjuni u t-tagħmir ta’ sigurtà li għandek tuża u l-prekawzjonijiet li għandek tieħu.
Għal aktar tagħrif għandek tirreferi għal-leġiżlazzjoni u l-gwida tal-amministrazzjoni nazzjonali tiegħek.


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 12.10.2012 L-ewwel verżjoni
1.1 15.07.2020 Update - text revision, new text in an article "ELSA"