It-teħid ta’ kampjuni ta’
oġġetti perikolużi għandu jsir biss minn uffiċjali speċifiċi mħarrġa fit-teħid ta’ kampjuni minn dawn it-tipi ta’ oġġetti. Inkella jista’ jissejjaħ kuntrattur. Is-sitwazzjoni tista’ tvarja fi Stati Membri differenti. L-Anness 1 hawn taħt jagħti lista ta’ oġġetti perikolużi komuni bbażata fuq il-kodiċijiet tan-NM. Din hija għodda utli sabiex tirrikonoxxi l-prodotti perikolużi. Ta’ min jinnota li l-lista mhijiex eżawrjenti u l-prodotti mhux imsemmija f’din il-lista xorta waħda jistgħu jkunu perikolużi.
Jekk għandek xi dubju dwar ir-riskju tas-sigurtà tat-teħid tal-kampjuni, għandek tistaqsi lill-importatur għal aktar informazzjoni dwar l-ispeċifikazzjoni tal-prodott u r-regolamenti dwar is-sigurtà (eż. l-
MSDS). Jekk jibqagħlek xi dubji għandek tistaqsi lil-laboratorju tad-dwana għal aktar informazzjoni u struzzjonijiet. Meta ma jkunx hemm riskji tas-
sigurtà, tista’ tieħu l-kampjun inti stess, waqt li żżomm f’moħħok il-
prekawzjonijiet ġenerali tas-sigurtà u l-istruzzjonijiet ġenerali u speċifiċi dwar it-teħid tal-kampjuni.
NOTA:
L-informazzjoni dwar il-prodott jew l-iskedi tad-dejta spiss ikun fihom struzzjonijiet ta’ sigurtà rigward il-kura u l-iġjene. Dawn il-prekawzjonijiet normali m’għandhomx ikunu raġuni sabiex tikkonsulta lill-kuntrattur.
Dawn il-prodotti li ġejjin mhumiex koperti minn din il-gwida dwar it-teħid ta’ kampjuni ta’ oġġetti perikolużi:
- Pakketti għall-bejgħ bl-imnut:. Tista’ tieħu kampjuni minn pakketti għall-bejgħ bl-imnut inti stess, sakemm il-pakketti jkunu professjonali, siguri u f’kundizzjoni tajba. Il-linja gwida għal pakketti żgħar għall-bejgħ bl-imnut ta’ oġġetti perikolużi hija massimu ta’ 2 kg jew 2 l.
- Qatt m’għandek tieħu kampjun ta’ dawn il-prodotti (estremament perikolużi) li ġejjin (anki meta jkunu f’pakketti għall-bejgħ bl-imnut!):
Id-dwana m’għandhiex tieħu kampjuni ta’ dawn il-prodotti estremament perikolużi, iżda jekk ikun meħtieġ dan għandu jsir minn korpi uffiċjali kompetenti oħrajn.
Għal aktar informazzjoni ara t-taqsima ‘Kif tiċċekkja l-informazzjoni disponibbli dwar l-oġġetti’.
- Ċerti prodotti speċifiċi ma jittiħdux kampjuni tagħhom mid-dwana minħabba ftehimiet speċjali ma’ korpi uffiċjali oħrajn, skont ir-regolamenti lokali tal-Istat Membri.
Meta jkun ċar mid-deskrizzjoni tal-oġġetti li dawn huma perikolużi, għandek tikkonsulta lill-kuntrattur li jieħu l-kampjuni. L-informazzjoni li ġejja għandha tingħata lill-kuntrattur:
- L-isem tekniku tas-sustanza;
- In-numru tas-CAS;
- In-numru tal-NU, eż. bromur tal-metil (methyl bromide) CAS 74-83-9, UN 1062;
- L-Iskeda tad-Dejta dwar is-Sigurtà tal-Materjali (MSDS).
Il-kuntrattur għandu jieħu nota ta’ din l-informazzjoni u jikkonferma l-ordni.
Fi kwalunkwe każ l-uffiċjali tad-dwana huma responsabbli mit-teħid tal-kampjuni. Ftiehem ħin u post għat-teħid tal-kampjun mal-kuntrattur u ssorvelja lill-kuntrattur waqt li jkun qed jieħu l-kampjuni. Osserva t-teħid tal-kampjuni minn distanza sigura. M’għandux ikun hemm bżonn għal tagħmir personali protettiv sakemm ma jkunx irrakkomandat mill-kuntrattur. Staqsi lill-kuntrattur kemm hija d-distanza sigura għall-oġġetti li minnhom ikun qed jittieħed il-kampjun, waqt li tikkunsidraw il-post, il-ventilazzjoni u fatturi rilevanti oħrajn.
Inti responsabbli li tiżgura li l-kampjun ikun issiġillat u ttikkettat kif xieraq. Dan għandu jsir mill-kuntrattur taħt is-sorveljanza tiegħek. Tikketti adattati bil-klassi u s-simbolu tal-periklu għandhom jitwaħħlu fuq il-kampjun u kopja tal-MSDS għandha tkun mehmuża mal-formola tal-kampjun.
Wieħed għandu jaħseb għat-trasport xieraq lejn il-laboratorju tad-dwana waqt li jikkunsidra r-regoli tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi.
Jekk l-oġġetti jinstabu li mhumiex konformi mal-informazzjoni pprovduta (it-tikkettar, il-klassi perikoluża, id-dokumenti), inti tibqa’ responsabbli, kemm jekk tkun avżat jew appoġġjat mill-kuntrattur kif ukoll jekk le. Jekk ikollok xi dubju, ikkonsulta mal-laboratorju u mas-superjuri tiegħek rigward l-eżattezza tal-informazzjoni u dwar kwalunkwe diskrepanza li tkun sibt.
Anness 1
Lista mhux eżawrjenti ta’ oġġetti perikolużi bbażata fuq il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda applikabbli mill-1.1.2021 (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE L 361, il-31 ta’ Ottubru 2020) *
NOTA:
- Din il-lista għandha l-għan li tgħinek tirrikonoxxi l-aktar prodotti kimiċi perikolużi komuni. Anki jekk sustanza ma tkunx imniżżla hawnhekk, xorta waħda tista’ tkun perikoluża.
- Iċċekkja din il-lista fil-każ li tiddeċiedi li l-prodott ma jappartjenix għall-kategorija ta’ prodotti perikolużi ħafna li minnhom m’għandhomx jittieħdu kampjuni mid-dwana, iżda jekk dan ikun meħtieġ minn korpi uffiċjali kompetenti oħra. Din il-lista hija għall-informazzjoni biss u mhijiex eżawrjenti.
Il-kampjuni ta’ dawn l-oġġetti għandhom jittieħdu minn kuntrattur.
Normalment tista’ tieħu kampjuni inti stess mill-prodotti f’pakketti għall-bejgħ bl-imnut. Tiftaħx dawn il-pakketti biex tieħu kampjuni (ara l-iskeda speċifika għat-teħid ta’ kampjuni fuq il-pakketti għall-bejgħ bl-imnut).
Jekk ikollok prodott li jkun elenkat hawnhekk iżda taħseb li ma jkunx perikoluż, jekk jogħġbok ikkuntattja lil-laboratorju tiegħek għal aktar pariri.
| L-intestaturi u s-sub-intestaturi | Ir-rimarki |
| 2207 | |
| 2522 | |
| 2524 | |
| 2612 | |
| 2705 - 2711 | |
| 2801 | |
| 2804 10 - 2804 50 90 | |
| 2804 70 - 2804 90 | |
| 2805 - 2809 | |
| 2811 11 - 2811 21 | |
| 2811 22 | Jekk fil-forma ta’ trab fin ħafna |
| 2811 29 | |
| 2812 - 2817 | |
| 2823 - 2830 | |
| 2837 | |
| 2839 | Fil-fażi likwida |
| 2844 | Komposti radjuattivi: it-teħid tal-kampjuni ma jsirx mill-awtoritajiet doganali jew mill-kuntrattur. |
| 2845 - 2850 | |
| 2852 | |
| 2853 10 | |
| 2853 9090 | |
| 2901 - 2939 | |
| 2941 | |
| 2942 | |
| 3001 - 3003 | |
| 3006 20 - 3006 30 | |
| 3006 60 | |
| 3006 70 | |
| 3006 92 | |
| 3102 30 90 | Stabilizzat |
Mhux stabilizzat. Prodott splussiv: ma jistgħux jittieħdu kampjuni la mid-dwana u lanqas mill-kuntrattur. |
| 3201 - 3212 | |
| 3214 - 3215 | |
| 3301 - 3302 | |
| 3403 | |
| 3601 - 3604 | |
| 3805 - 3807 | |
| 3809 91 - 3815 | |
| 3817 | |
| 3818 | |
| 3822 | |
| 3824 71 - 3824 99 | |
| 3825 | |
| 3826 | |
| 3901 – 3912 | Jekk ikun likwidu li jaqbad |
| 3912 2019 | Jekk mhux stabilizzat |
| 4005 20 | Jekk ikun likwidu |
| 6811 40 | |
| 6812 | |
| 6813 20 | |
| 8101 - 8112 | Fil-forma ta’ trab |
| 8112 51 - 8112 59 | |