1. L-ippakkjar

Wara t-teħid tal-kampjuni, il-kontenituri tal-kampjuni għandhom jiġu ċċekkjati għal xi xquq. Il-wiċċ tal-pakketti għandu jkun nadif u xott. Jekk joħroġ xi likwidu, għandek tissikka jew tibdel it-tappijiet. Imbagħad għandek tiċċekkjahom għal darb’oħra, u jekk il-kontenitur jibqa’ jnixxi, għandek tieħu kampjuni ġodda.

Il-kontenituri tal-kampjuni użati għall-ippakkjar ta’ kampjuni ta’ likwidi li jiżvintaw għandhom jimtlew sa madwar 90% tal-kapaċità totali tagħhom.

Is-sinjali ta’ twissija, il-marki u s-simboli li jindikaw perikli potenzjali għandhom jitqiegħdu fuq pakketti li jkun fihom kampjuni ta’ oġġetti/komposti perikolużi.



2. L-issiġillar

Abbażi tar-regolamenti nazzjonali tiegħek il-kontenitur tal-kampjun għandu jkun issiġillat b’mod xieraq għat-tip ta’ kontenitur użat, sabiex tipprevjeni l-immaniġġjar mhux awtorizzat jew mhux xieraq tal-kampjuni (u tiżgura l-integrità tal-kontenut). Is-siġill għandu jkun imwaħħal tajjeb u sod sabiex ma jiġrilux ħsara waqt il-ħażna jew it-trasport tal-kampjun, u sabiex tissalvagwardja l-katina ta’ evidenza.



3. L-immarkar

Il-marki fuq it-tikketti għandhom ikunu permanenti u jinqraw sew sabiex tipprevjeni li jitħassru jew li jinbidlu waqt il-ħażna, l-immaniġġjar u t-trasport.

Fil-każ ta’ pakketti għall-bejgħ bl-imnut, it-tikketta tad-dwana m’għandhiex tgħatti t-tikketti kummerċjali tal-prodott oriġinali (it-trejdmark, il-manifattur, il-kontenut, id-data ta’ skadenza, eċċ.). Huwa rrakkomandat li tqiegħed il-pakketti għall-bejgħ f’borża tal-politin u twaħħal it-tikketti u s-siġilli mal-borża.

Ir-regolamenti dwar is-saħħa u s-sigurtà għandhom ikunu osservati.



4. Id-dokumenti li jakkumpanjaw il-kampjuni finali

Id-dokumenti li jakkumpanjaw l-oġġetti għandhom jinżammu konformi mar-regoli stabbiliti mill-amministrazzjoni tad-dwana. Dan jiddependi mis-sitwazzjoni lokali. F’ċerti Stati Membri jintużaw biss dokumenti diġitali; jintbagħtu bil-posta elettronika lil-laboratorju tad-dwana jew permezz ta’ sistemi ta’ informazzjoni integrati. Kopji ta’ dokumenti rilevanti oħrajn li jirrigwardaw in-natura tal-oġġetti jistgħu wkoll ikunu mehmuża (MSDS, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, iċ-ċertifikati ta’ kwalità/konformità, eċċ.).



5. Il-ħażna tal-kampjuni

Il-kundizzjonijiet tal-ħażna jiddependu mill-karatteristiċi u l-proprjetajiet tal-kampjuni meħuda. Il-kundizzjonijiet tal-ħażna għandhom jiżguraw li l-kampjun ma jinbidilx b’xi mod li jista’ jaffettwa l-parametri li għandhom ikunu analizzati.

Ir-regolamenti dwar is-saħħa u s-sigurtà għandhom ikunu osservati.

B’mod ġenerali, il-kampjuni għandhom jinħażnu f’kamra nadifa, xotta, mudlama u mperrċa biżżejjed. It-temperatura tal-kamra għandha tkun immonitorjata b’mod regolari. It-temperatura f’dawn il-kmamar m’għandhiex tinżel taħt iż-0 °C u m’għandhiex taqbeż it-30 °C.
Jekk l-uffiċċju tad-dwana ma jkunx jista’ jipprovdi dawn il-faċilitajiet u l-kampjun ma jistax ikun trasferit lejn il-laboratorju tad-dwana minnufih, għandu jinstab post ta’ ħażna estern alternattiv li jissodisfa l-kundizzjonijiet għas-salvagwardja tal-kwalità u l-identità tal-kampjuni. Ir-regolamenti dwar is-saħħa u s-sigurtà u dwar l-ambjent għandhom ikunu osservati.

Huwa rrakkomandat li kull uffiċċju doganali jaħtar uffiċjal li jmexxi l-faċilità ta’ ħażna tal-kampjuni. Id-deskrizzjoni tal-impjieg tagħhom għandha tinkludi wkoll il-kompiti li ġejjin:
Fil-każ ta’ ċerti prodotti jkunu meħtieġa kundizzjonijiet speċifiċi. Xi eżempji qegħdin jingħataw hawn taħt, iżda għal aktar dettalji għandek tirreferi għall-proċedura speċifika ta’ teħid ta’ kampjuni.


Il-ProdottIl-Kundizzjonijiet
Kampjuni sensittivi għad-dawlĦażna f’post mudlam.
Kampjuni li jarmu rwejjaħ velenużi jew jintnuĦażna possibbli f’kappa tad-dħaħen jew f’kamra li jkollha biżżejjed ventilazzjoni mekkanika.
Kampjuni li faċilment jieħdu n-nar u kampjuni perikolużi oħrajnAra l-MSDS. Għandhom jinħażnu f’armadju ta’ sigurtà, fejn ikun possibbli. Jekk ma jkunx hemm informazzjoni disponibbli, staqsi lil-laboratorju għall-kundizzjonijiet ta’ ħażna.
Kampjuni li jistgħu jitħassruAħżen fi friża jew fi friġġ; skont in-natura tal-prodott.
Kampjuni ta’ prodotti li jitħassru faċilmentIffriża l-kampjun. F’konsultazzjoni mal-laboratorju, indika fuq il-Formola tal-kampjun għall-analiżi tal-laboratorju li l-prodott kien iffriżat mill-uffiċjal tad-dwana.
Kampjuni ta’ prodotti mkessħaAħżen f’temperatura ta’ madwar 4 °C.
Kampjuni ta’ prodotti ffriżatiAħżen f’temperatura ta’ madwar -18 °C.
Kampjuni ta’ pakketti għall-bejgħ ta’ prodotti tal-ikel u ta’ mediċini u prodotti farmaċewtiċiAħżen fil-kundizzjonijiet imniżżla fuq it-tikketta tal-pakkett, iżda mhux aktar minn madwar 25 °C.
Kampjuni ta’ żjut mineraliSustanzi li jaqbdu għandhom jinħażnu f’kamra mperrċa tajjeb.


Il-kampjuni finali kollha għandhom jintbagħtu lil-laboratorju tad-dwana mill-aktar fis possibbli meta l-kundizzjonijiet ta’ ħażna ma jkunux adegwati fl-uffiċċju doganali tiegħek. Għall-ħinijiet ta’ ħażna ara l-istruzzjonijiet nazzjonali tiegħek.



6. It-trasport

Inti għandek tassigura li l-kundizzjonijiet tat-trasport jiggarantixxu l-integrità u l-karatteristiċi tal-kampjuni li sejrin ikunu ttrasportati. Dawn ir-regoli li ġejjin għandhom ikunu osservati waqt it-trasport.

Hemm bosta metodi ta’ trasport tal-kampjuni lejn il-laboratorju tad-dwana. Il-metodu użat jiddependi fuq is-sitwazzjoni lokali fl-Istat Membru.

It-TrasportIr-Rimarki
Bil-postaTista’ tintuża biss għall-kampjuni li ma jkollhomx proprjetajiet perikolużi u lanqas kundizzjonijiet ta’ ħażna speċjali
Bit-trasport ordinarju, li ma jkunx mgħammar apposta għat-trasport ta’ kampjuni kimiċi jew oġġetti mkessħa/iffriżatiJista’ jintuża biss għall-kampjuni li ma jkollhomx proprjetajiet perikolużi u lanqas kundizzjonijiet ta’ ħażna speċjali
Bit-trasport mgħammar apposta, eż. għat-trasport ta’ kampjuni kimiċi jew oġġetti mkessħaKull tip ta’ kampjun jista’ jkun ittrasportat b’dan il-metodu sakemm ma jkunx hemm riskju ta’ kontaminazzjoni bejn l-oġġetti. Dan huwa l-aħjar metodu ta’ trasport għall-kampjuni li jkollhom kundizzjonijiet ta’ ħażna speċjali
Bil-kurjerKull tip ta’ kampjun jista’ jkun ittrasportat b’dan il-metodu sakemm ma jkunx hemm riskju ta’ kontaminazzjoni bejn l-oġġetti. F’każ ta’ operazzjonijiet ta’ trasport regolari l-kurjer huwa mezz prattiku
Mill-uffiċjali tad-dwana nfushomKunsinna diretta lil-laboratorju tad-dwana, kemm jekk il-kampjuni jkunu urġenti kif ukoll jekk le.

Il-kampjuni likwidi, gassużi u/jew perikolużi ma jistgħux jintbagħtu bil-posta jew bit-trasport mingħajr tagħmir apposta għall-ħażna. Lanqas il-kampjuni li jkollhom jinżammu fil-frisk jew fil-friġġ ma jistgħu jkunu ttrasportati b’dawn il-metodi.

Ara l-gwida nazzjonali tiegħek għal aktar tagħrif dwar it-trasport tal-kampjuni.

Ġeneralment, ma jkunx meħtieġ li tibgħat il-kampjuni lil-laboratorju tad-dwana minnufih, sakemm l-uffiċċju tad-dwana jkollu l-faċilitajiet ta’ ħażna adattati. Il-kampjuni jistgħu jinġabru għal perjodu ta’ żmien qabel ma jintbagħtu lejn il-laboratorju tad-dwana. Il-vann jew it-trakk li jintuża għal dawn l-operazzjonijiet ta’ trasport għandu jkun mgħammar bil-karatteristiċi ta’ sigurtà meħtieġa, sabiex tipi differenti ta’ prodotti perikolużi jkunu jistgħu jinġarru fl-istess ħin. Madankollu, inti għandek tosserva l-limiti ta’ żmien għat-twassil tal-kampjuni lil-laboratorju.

Għat-trasport bil-kurjer l-uffiċċji tad-dwana kollha għandhom ikunu magħquda permezz ta’ netwerk tat-trasport sabiex ikun assigurat il-ġbir tal-kampjuni minn żmien għal żmien. Għal raġunijiet ta’ prattiċità mhuwiex dejjem possibbli li l-uffiċċji tad-dwana kollha jingħaqdu man-netwerk tat-trasport. Dan jista’ jkun il-każ ta’ uffiċċju iżolat tal-fruntiera jew uffiċċju fejn rari jittieħdu kampjuni. Dawk l-uffiċċji jistgħu jibagħtu l-kampjuni tagħhom b’wieħed mill-metodi l-oħrajn. It-trasport urġenti tal-kampjuni jista’ jkun organizzat permezz tal-kurjer, li jwassal il-kampjuni lil-laboratorju tad-dwana fi żmien 24 siegħa jew inqas. Kun żgur li l-kurjer ikollu l-kundizzjonijiet ta’ ħażna adattati għat-trasport tal-kampjun. Dan il-metodu ta’ trasport tal-kampjuni ġeneralment ikun għali. Tista’ tuża tip ieħor ta’ trasport jekk ma jkunx daqstant urġenti.

Il-kampjuni għandhom jitqiegħdu f’pakketti oħrajn waqt it-trasport (kaxxi tal-kartun, ċestuni, kontenituri tal-kampjuni speċjali, eċċ.). Kull kampjun għandu jitqiegħed f’boroż tal-plastik separati għal raġunijiet ta’ sigurtà.

Jistgħu jintużaw kontenituri għat-trasport jew għad-distribuzzjoni. Dawn jistgħu jintużaw għall-ħażna jew għat-trasport lejn il-laboratorju. Dawn għandu jkollhom għatu li jista’ jingħalaq. Jistgħu jimtlew bil-vermikolat jew prodott ieħor inert f’forma ta’ pritkuni li jaġixxi bħala ppakkjar u mili. B’dan il-mod wieħed jista’ jevita l-ħsara u jekk ikun hemm xi tnixxija l-likwidu jiġi assorbit.

Il-kampjuni ta’ oġġetti perikolużi għandhom jinżammu, jinħażnu u jintbagħtu f’kaxex tal-kampjuni separati. Dawn il-kaxxi għandhom ikunu ttikkettati b’tikketta speċifika li tindika l-klassi tal-oġġett perikoluż (irreferi għall-MSDS). Ix-xufier għandu jieħu nota ta’ dawn l-oġġetti perikolużi fuq lista separata. Il-formola tal-applikazzjoni għall-analiżi tal-laboratorju għandha tinżamm fil-kaxxa tal-kampjun.

TWISSIJA
Il-kampjuni ta’ sustanzi li jistgħu jinteraġixxu qatt m’għandhom jinħażnu jew jiġu ttrasportati fl-istess kaxxa. Dan ifisser li kwalunkwe interazzjoni fiżika jew kimika jew kontaminazzjoni bejn l-oġġetti li taffettwa l-kampjuni jew toħloq sitwazzjoni perikoluża (dħaħen, nar jew splużjoni) għandha tkun evitata.


Il-kampjuni tal-ikel u l-prodotti kimiċi għandhom ikunu ttrasportati b’mod separat (stivi tal-merkanzija, kaxxi tal-ippakkjar, eċċ.) fil-vettura tat-trasport sabiex wieħed jipprevjeni kwalunkwe possibbiltà ta’ kuntatt dirett bejniethom.

Il-kampjuni ffriżati jew imkessħa għandhom ikunu ttrasportati fi friżi mobbli, kaxxi tat-tkessiħ jew, għal distanzi qosra, f’boroż jew kaxex ta’ insulazzjoni tat-temperatura. Il-katina ta’ tkessiħ għandha tinżamm u tiġi rreġistrata.

It-trasport tal-kampjuni ta’ prodotti kimiċi li jistgħu jaqbdu waħedhom, jisplodu jew jarmu gassijiet tossiċi waqt it-trasport mhuwiex permess.

Il-kampjuni ta’ materjal li jista’ jiġġenera ħruġ statiku għandhom ikunu ttrasportati ppakkjati f’materjal li ma jgħaddix elettriku minnu.

Fil-każ ta’ likwidi li jaqbdu, jista’ jiġi ttrasportat massimu ta’ 30 l, li minnhom mhux aktar minn 10 l ta’ prodotti li jaqbdu fil-klassi tal-periklu 1 (ara t-Tabella 3). Il-vettura tat-trasport għandha tkun mgħammra b’apparat li jitfi n-nar.

Il-Kapitolu 3.4 tal-ADR jiddeskrivi l-eżenzjonijiet għall-oġġetti perikolużi fi kwantitajiet limitati.

L-ammont trasportatIl-punt li fih jaqbad
(flashpoint)
L-eżempji
Massimu 10 l< 21 °CEtanol pur, gażolina
Massimu 30 l21 °C - <55 °CPitrolju, spirtu abjad
Massimu 30 l55 °C - 150 °CŻejt tad-diżil (żejt tal-gass), żjut tal-karburanti (frazzjoni ħafifa)
Massimu 30 l> 150 °CŻjut lubrikanti, żjut tal-karburanti (frazzjoni tqila)


Meta l-kampjuni jkunu ttrasportati fil-kontenituri tad-distribuzzjoni, ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom ikunu ssodisfati:
Dejjem ara li l-kampjuni jintbagħtu fil-ħin lil-laboratorju u li l-pakketti jkunu akkumpanjati mid-dokumenti korretti. Irreferi għall-proċeduri nazzjonali tiegħek.

TWISSIJA
Jekk ikollok xi dubju dwar l-ippakkjar u t-trasport ta’ oġġetti perikolużi jew sustanzi mhux magħrufa, staqsi lil-laboratorju tad-dwana għall-parir.


Ir-regoli u r-rekwiżiti ta’ hawn fuq mhumiex eżawrjenti u japplikaw skont iċ-ċirkostanzi individwali.



7. L-aċċettazzjoni fil-laboratorju tad-dwana

Il-kampjun għandu jasal fil-laboratorju fil-kundizzjoni tajba biex ikun aċċettabbli. Għandek tassigura li l-kriterji li ġejjin ikunu ssodisfati waqt it-trasport u t-trasferiment lejn il-laboratorju. Il-laboratorju jikkuntattja lill-uffiċjal tad-dwana u għandu d-dritt li jirrifjuta l-kampjun jekk dawn il-kriterji ma jkunux issodisfati.

Il-kampjuni kollha għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
Għal ċerti komoditajiet speċifiċi dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu ssodisfati:



Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 12.10.2012 L-ewwel verżjoni