L-Oġġetti
Id-Definizzjoni Ħxejjex, frott jew ġewż iffriżati, u prodotti ffriżati ppreparati minnhom; preparazzjonijiet magħmula minn ħxejjex, frott jew ġewż iffriżat u prodotti simili.


Il-ħxejjex u l-frott, iffriżati
Il-kwantità minima rrakkomandata għal kull kampjun 1 kg
L-istandards applikabbli (ISO u Normi tal-UE) u l-leġiżlazzjoni rilevanti
  • ISO 7002 Prodotti tal-ikel agrikoli — Il-preżentazzjoni ta’ metodu standard għat-teħid ta’ kampjuni minn lott.
  • ISO 874 Frott u ħxejjex friski — It-teħid ta’ kampjuni.

Għandek tirreferi wkoll għal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħek u l-linji gwida nazzjonali tiegħek rigward it-teħid tal-kampjuni.


It-tagħmir meħtieġ
L-għodda ssuġġerita għat-teħid tal-kampjuni skont il-metodu użat
  • Għodda għat-teħid ta’ kampjuni minn żona speċifika (S02-01)
  • Kazzola għat-teħid tal-kampjuni (S03-01)
  • Għodda għat-teħid ta’ kampjuni ta’ ikel iffriżat (E01-01)
  • Għodod ġenerali: sikkina, imqass, pinzetti, mannara tal-azzar, kuċċarun, eċċ.
  • Lapes.
Il-kontenituri li għandhom jintużaw għat-teħid tal-kampjuni
  • Boroż tal-plastik, disinni u daqsijiet differenti (P00)
  • Fliexken tal-plastik, b’bokka wiesgħa, daqs 500-1 000 ml (P03, P04), reżistenti għall-iffriżar.
Il-prekawzjonijiet ta’ sigurtà u l-valutazzjoni tar-riskju Jekk jogħġbok irreferi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħek u l-linji gwida nazzjonali tiegħek dwar is-saħħa u s-sigurtà.

  • Taħt kundizzjonijiet normali l-oġġetti tal-ikel ma joħolqux perikli partikolari għas-saħħa.
  • Oqgħod attent għal xi tikketti dwar is-sigurtà.
  • Ilbes ingwanti protettivi tal-latex u/jew tal-ħadid, nuċċalijiet protettivi u jekk ikun meħtieġ viżiera, elmu tas-sigurtà u lbies protettiv għal rasek, żarbun tas-sigurtà li ma jiżloqx u ġagaga li tintrema wara l-użu.
  • Jekk ikun hemm xi periklu minħabba xi partijiet iffriżati bil-ponta, ilbes ilqugħ protettiv adattat għall-għajnejn u għall-wiċċ.
  • Ma tistax tiekol, tixrob jew tpejjep waqt li tkun qed tieħu l-kampjuni.
  • Għandek tilbes ħwejjeġ nodfa sabiex tnaqqas ir-riskju li tikkontamina aċċidentalment il-kampjuni. Għandek taħsel idejk qabel tieħu l-kampjun.

Il-pjan għat-teħid tal-kampjuni
It-tip ta’ kunsinna Id-deskrizzjoni
Boroż, kaxxi, btieti, bramel, anke f’vaguni, tankijiet jew kontejners Kampjun aggregat wieħed jew aktar: b’għażla każwali jew sistematika minn partijiet differenti tal-kunsinna, f’mhux inqas minn tliet punti konvenzjonali (wieħed fin-nofs, wieħed fuq u wieħed fil-qiegħ). Jistgħu jinħolqu aktar kampjuni aggregati minn kontenituri li jkun fihom prodotti jew lottijiet differenti.


L-informazzjoni ddettaljata
L-informazzjoni ddettaljata
  • Għandek tieħu kampjuni minn kaxxi tal-kontejners, kaxxi tal-kartun, boroż, btieti jew bramel li tkun diġà għażilt.
  • Għandhom jittieħdu kampjuni separati minn lottijiet differenti. It-tikketti fuq il-pakketti jistgħu jindikaw jekk il-kunsinna fihiex lottijiet jew dati ta’ produzzjoni differenti, u jekk il-prodotti fil-lottijiet differenti jvarjawx fil-kwalità.
  • It-teħid tal-kampjuni għandu jsir b’mod li l-kampjuni jirrappreżentaw il-karatteristiċi kollha tal-lott (eż. il-kundizzjonijiet tat-temperatura). Il-kampjun għandu jittieħed b’mod każwali jew sistematiku, jiġifieri minn diversi postijiet (fuq, fin-nofs u isfel).
  • Normalment ma jittiħdux kampjuni ta’ kontenituri miftuħa, imkissra jew li jkollhom xi ħsara jew prodotti li jkunu sejrin jiskadu jew li skadew sakemm ma jkunx hemm xi raġuni partikolari għal dan.
  • Permezz tat-tagħmir għat-teħid tal-kampjuni u/jew l-ingwanti tal-latex (tal-ħadid), ħu l-kampjuni inkrementali tal-prodott u iġborhom flimkien f’kontenitur tal-plastik adattat għall-ikel sabiex tifforma kampjun aggregat wieħed.
  • Il-kampjuni għandhom jiġu ssiġillati ermetikament sabiex tevita ‘l-ħruq mill-kesħa’ (dessikazzjoni).
Il-formola għat-teħid tal-kampjuni
  • Imla l-formola għat-teħid tal-kampjuni. Kopja għandha tkun mehmuża mal-kampjuni u kopja oħra għandha tinżamm fir-reġistri.
It-trasport
  • Ibgħat il-kampjuni minnufih fil-laboratorju.
  • Għandek tikkonsulta mal-persunal tal-laboratorju sabiex tara meta jkun xieraq li tibgħat il-kampjuni.
  • Jekk il-kampjuni ma jiġux ikkonsenjati minnufih, dawn għandhom jinħażnu fi friża. Għat-trasport, dawwar il-kampjuni ffriżati bil-pakketti tas-silġ jew b’silġ niexef imkebbeb fil-karta kannella sabiex tevita l-kuntatt bejn il-kampjuni u s-silġ niexef. Għandek tuża biżżejjed silġ niexef sabiex iżżomm il-prodott iffriżat. Poġġi l-kampjuni ffriżati f’kaxxa tal-kartun iżolata, f’kontenitur għat-tkessiħ tal-polistirene ventilat jew f’materjal iżolatur ieħor. L-abbuż mit-temperatura jista’ jżid id-deterjorament jew il-ħsara tal-prodott. Fix-xhur tas-sajf, qiegħed il-kontenituri għat-tbaħħir, jekk ikun possibbli, fi friża sakemm jiffriżaw sew. Il-katina ta’ tkessiħ għandha tiġi ssorveljata u rreġistrata.
Il-ħażna
  • Il-kampjuni għandhom jinżammu ffriżati fl-uffiċċju tad-dwana.
  • Il-kampjuni għandhom jinħażnu fi friża. Il-katina ta’ tkessiħ għandha tiġi ssorveljata u rreġistrata.

Il-ħxejjex u l-frott, iffriżati (espandi l-lista )
In-Numru tal-HS Id-Deskrizzjoni


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 12.10.2012 L-ewwel verżjoni