L-Oġġetti
Id-Definizzjoni Laħam f’karkassi, nofs karkassi, kwarti jew biċċiet u ġewwieni tal-laħam li jittiekel, anki meta maqtugħa, imqattgħin jew mitħuna, tal-annimali kollha (minbarra ħut, krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn).

Il-laħam, iffriżat
Il-kwantità minima rrakkomandata għal kull kampjun
  • Għall-analiżi kimika: 1 kg.
  • Għall-analiżi morfoloġika: biċċa waħda (prodotti tan-numri tal-HS 020110, 020120, 020311, 020410, 020421).
  • Numri oħrajn tal-HS: mill-inqas żewġ biċċiet jew kaxxa waħda (li jkun fiha mill-inqas sitt biċċiet).
  • Prodotti li jaqgħu taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 765/2002 (Numru tal-HS 020230): żewġ kaxex.
L-istandards applikabbli (ISO u Normi tal-UE) u l-leġiżlazzjoni rilevanti Għal-laħam tan-numru tal-HS 020130:
  • Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 765/2002 dwar il-ġbir tal-kampjuni u l-adozzjoni ta’ ċerti regoli ddettaljati marbuta mal-kontrolli fiżiċi fuq qatgħat taċ-ċanga bla għadam li jikkwalifikaw għar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni: laħam tal-HS 020130.

Għandek tirreferi wkoll għal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħek u l-linji gwida nazzjonali tiegħek rigward it-teħid tal-kampjuni.


It-tagħmir meħtieġ
L-għodda ssuġġerita għat-teħid tal-kampjuni skont il-metodu użat
  • Għodda ġenerali: sikkina (tal-istainless steel) mannara, imqass, eċċ.
  • Lapes.
Il-kontenituri li għandhom jintużaw għat-teħid tal-kampjuni
  • Boroż tal-plastik, disinni u daqsijiet differenti (P00)
  • Plastik li jitkebbeb l-ikel fih.
Il-prekawzjonijiet ta’ sigurtà u l-valutazzjoni tar-riskju Jekk jogħġbok irreferi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħek u l-linji gwida nazzjonali tiegħek dwar is-saħħa u s-sigurtà.

Protezzjoni personali:
  • Ingwanti ta’ protezzjoni/li jintremew wara l-użu.
  • Ilbies ta’ protezzjoni (ilbies adattat għal ġo friża).
  • Dejjem aħsel idejk qabel u wara li timmaniġġja l-prodotti.
  • Waqt it-teħid tal-kampjuni, għandek tevita kwalunkwe kontaminazzjoni mikrobijoloġika jew ta’ tip ieħor.
  • Il-karkassi u l-qatgħat iffriżati jista’ jkun għad fihom mikroorganiżmi ħajjin. Dejjem ħu l-miżuri iġjeniċi meħtieġa sabiex tevita l-kontaminazzjoni.

Il-pjan għat-teħid tal-kampjuni
It-tip ta’ kunsinna Id-deskrizzjoni
Karkassi u biċċiet tal-HS 020110, 020120, 020311, 020410, 020421 Kampjun wieħed jitqies li jirrappreżenta l-oġġetti kollha koperti mill-istess dikjarazzjoni doganali.

Laħam tal-ifrat (kodiċi tal-HS 020130) iċċekkjat għall-finijiet ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni Żewġ kaxxi differenti miġbura minn żewġ partijiet differenti tal-kunsinna li jippreżentaw l-akbar riskju.

Prodotti oħrajn tal-HS 02: kaxxa/pakkett li fih biċċiet li kull waħda tiżen sa 4 kg Kaxxa/pakkett wieħed sħiħ li jkun fih mill-inqas sitt biċċiet.

Prodotti oħrajn tal-HS 02: kaxxa/pakkett li fih biċċiet li kull waħda tiżen aktar minn 4 kg Żewġ biċċiet sħaħ.


L-informazzjoni ddettaljata
Il-proċedura għat-teħid tal-kampjuni
  • Kull kampjun għandu jittieħed minn dik il-parti tal-kunsinna li tippreżenta l-akbar riskju.
  • M’għandekx taqta’ l-laħam jew il-ġewwieni tal-laħam sakemm ma jkunx meħtieġ. Dejjem ipprova ħu biċċiet/pakketti/kaxxi sħaħ intatti.
  • Meta l-piż ta’ kampjun individwali jaqbeż il-25 kg, ħu prekawzjonijiet rigward is-sigurtà, eż. uża żewġ persuni sabiex iqandlu l-kampjun.
  • Jekk il-pakkett oriġinali ma jkunx biżżejjed sabiex jiggarantixxi ħażna u trasport intatti, uża borża tal-plastik jew plastik li tkebbeb l-ikel fih biex tippakkja l-kampjun.
  • Żomm il-kampjun iffriżat. It-temperatura tal-katina ta’ tkessiħ għandha tiġi rreġistrata.
  • Jekk ikun impossibbli li ssegwi l-gwida jew jekk id-dikjarant ma jaqbilx, irreġistra l-proċeduri użati u r-raġunijiet fuq il-formola għat-teħid tal-kampjuni.
Il-formola għat-teħid tal-kampjuni
  • Imla l-formola għat-teħid tal-kampjuni. Kopja għandha tkun mehmuża mal-kampjuni u kopja oħra għandha tinżamm fir-reġistri.
It-trasport
  • Żomm il-kampjun iffriżat f’temperatura ta’ -18 °C jew anqas. It-temperatura tal-katina ta’ tkessiħ għandha tiġi rreġistrata.
  • Ipproteġi l-kampjuni minn sorsi ta’ kontaminazzjoni (irwejjaħ, likwidi, eċċ.) jew minn kwalunkwe ħaġa li tista’ tagħmel xi ħsara lill-pakkett.
Il-ħażna
  • Żomm il-kampjun iffriżat f’temperatura ta’ -18 °C jew anqas. It-temperatura tal-ħażna għandha tkun immonitorjata b’mod regolari u rreġistrata.
  • Ipproteġi l-kampjuni minn sorsi ta’ kontaminazzjoni (irwejjaħ, likwidi, eċċ.) u mill-kuntatt ma’ sustanzi oħrajn.

Il-laħam, iffriżat (espandi l-lista )
In-Numru tal-HS Id-Deskrizzjoni


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 12.10.2012 L-ewwel verżjoni