Oġġetti
Definizzjoni Ħut mhux iffriżat, fletti tal-ħut jew laħam ieħor tal-ħut (ikkapuljat jew mhux), krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn friski jew imkessħin; ħut, krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn, imnixxfa, immelħa jew fis-salmura; affumikat, imsajjar jew mhux qabel jew waqt il-proċess ta' affumikar;

Preparazzjonijiet tal-laħam bħal zalzett u prodotti simili tal-laħam, il-ġewwieni jew id-demm; laħam, ġewwieni jew demm ippreparati jew ippreservati; estratti u meraq tal-laħam, tal-ħut jew tal-krustaċji, tal-molluski jew ta' invertebrati akkwatiċi oħrajn; ħut ippreparat jew ippreservat; kavjar jew sostituti tal-kavjar ipproċessati mill-bajd tal-ħut; krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn, ippreparati jew ippreservati;

Prodotti kesħin, ġeneralment għal madwar 0 °C, mingħajr ma jiġu ffriżati;

Għal prodotti li jkunu f'pakketti individwali ara l-iskeda speċifika għal ‘Pakketti għall-bejgħ bl-imnut'

Ħut, mhux iffriżat, u Preparazzjonijiet tal-Laħam
Kwantità minima rrakkomandata għal kull kampjun
  • 1 kg
Standards u regolamenti EN/ISO speċifiċi għal Ħut Mhux Iffriżat u Preparazzjonijiet tal-Laħam
  • Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1379/2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

Leġiżlazzjoni (standards jew speċifikazzjonijiet tekniċi): Jekk jogħġbok irreferi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-linji gwida nazzjonali tiegħek fir-rigward tat-teħid tal-kampjuni.


Tagħmir meħtieġ
L-għodda ssuġġerita għat-teħid tal-kampjuni skont il-metodu użat
  • Għodod ġenerali: sikkina, mannara (tal-azzar inossidabbli), imqass, eċċ.
  • Sassla għat-teħid tal-kampjuni
  • Lapes
Kontenituri li għandhom jintużaw għat-teħid tal-kampjuni
  • Boroż tal-plastik, disinni u daqsijiet differenti (P00).
  • Flixkun tal-plastik b'bokka wiesgħa ta' daqs 1000 ml (P03, P04)
  • Fojl tal-plastik
  • Kaxxi jew boroż ta' iżolament termali għat-trasportazzjoni
  • Friżers jew refriġeraturi mobbli
  • Indikaturi tal-katina tat-tkessiħ (reġistraturi tat-temperatura)
Prekawzjonijiet tas-sikurezza u valutazzjoni tar-riskju Jekk jogħġbok irreferi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-linji gwida nazzjonali tiegħek dwar is-saħħa u s-sikurezza.

Protezzjoni personali:
  • Ingwanti protettivi/li jintremew wara l-użu.
  • Ilbies protettiv
  • Dejjem aħsel idejk qabel u wara li tmiss kwalunkwe prodott!
  • Matul it-teħid tal-kampjuni trid tevita l-kontaminazzjoni mikrobijoloġika jew ta' tip ieħor.
  • Il-ħut frisk jew imkessaħ xorta jista' jkollu mikroorganiżmi ħajjin ġo fih. Jistgħu jiġu ġġenerati jew inalati xi aerosols meta tiftaħ il-kontenitur. Ilbes maskra kirurġika jekk ikun meħtieġ.

Pjan ta' teħid tal-kampjuni
Tip ta' kunsinna Deskrizzjoni
Ħut, fletti tal-ħut jew laħam ieħor tal-ħut, krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn friski jew imkessħin; ħut, krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn, imnixxfa, immelħa, fis-salmura jew affumikati ta' HS 0302, 0304, 0305, 0306, 0307, 0308

Zalzett u prodotti simili, tal-laħam, tal-ġewwieni jew tad-demm; preparazzjonijiet tal-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti; laħam, ġewwieni jew demm oħrajn preparati jew preservati; estratti u meraq tal-laħam, tal-ħut jew tal-krustaċji, tal-molluski jew ta' invertebrati akkwatiċi oħrajn; ħut ippreparat jew ippreservat; kavjar jew sostituti tal-kavjar ipproċessati mill-bajd tal-ħut; krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn, ippreparati jew ippreservati; ta' HS 16
  • Iridu jittieħdu kampjuni oriġinali u kampjun ta' riżerva ta' mill-inqas 1 kg kull wieħed. Fejn il-biċċiet individwali jiżnu iktar minn 1 kg ħu biċċa waħda bħala l-oriġinali u waħda jew iktar bħala kampjuni ta' riżerva.Kampjun finali identiku għall-kampjun tal-laboratorju, meħud għar-risolviment ta' xi tilwima. Magħruf ukoll bħala kampjun ‘arbitru', ‘referee' jew ‘duplikat'.
  • Kampjun aggregat: it-teħid tal-kampjuni għandu jitwettaq f'tali mod li l-kampjuni jirrappreżentaw il-karatteristiċi kollha tal-lott. Il-kampjun għandu jittieħed b'mod aleatorju minn partijiet differenti tal-kunsinna.
Preparazzjonijiet tal-laħam iffriżat
  • Kaxxa jew pakkett 1 ta' mill-inqas 1 kg jitqies li jirrappreżenta l-oġġetti kollha koperti mill-istess dikjarazzjoni doganali.

Informazzjoni dettaljata
Proċedura għat-teħid tal-kampjuni
  • Kull kampjun għandu jittieħed minn dik il-parti tal-kunsinna li tippreżenta l-akbar riskju eż. li jkollha partijiet li jidhru b'mod ċar li huma eteroġeniċi.
  • Ma għandekx taqta l-ħur sħiħ/il-biċċiet sakemm ma tistax tagħmel mod ieħor. Dejjem ipprova ħu biċċiet/pakketti/kaxxi sħaħ intatti.
  • Jekk il-pakkett oriġinali ma jkunx biżżejjed sabiex jiggarantixxi ħażna u trasport intatti, uża borża tal-plastik jew fojl biex tippakkjah.
  • Fil-każ tal-ħut, eċċ. fis-salmura (jew b'mod ġenerali kampjun solidu fil-likwidu) ħu ammont suffiċjenti ta' salmura/likwidu sabiex il-ħut/il-parti solida jkunu koperti kompletament. Kull fejn ikun possibbli għandu jinżamm il-proporzjon oriġinali ta' ħut/parti solida u likwidu.
  • Żomm il-kampjun taħt l-4 °C. It-temperatura tal-katina tat-tkessiħ għandha tiġi rreġistrata. Jekk ma tistax tibgħat il-kampjun għall-analiżi fi żmien 24 siegħa, iffriża l-kampjuni f'temperatura ta' -18 °C jew inqas.
  • Jekk ikun impossibbli li ssegwi l-gwida jew jekk id-dikjarant ma jaqbilx, irreġistra l-proċeduri użati u r-raġunijiet fuq il-Formola għat-Teħid tal-Kampjuni.
  • Fil-każ ta' preparazzjonijiet iffriżati żomm il-kampjun iffriżat. It-temperatura tal-katina ta' tkessiħ għandha tiġi rreġistrata.
  • Jekk ikun impossibbli li ssegwi l-gwida jew jekk id-dikjarant ma jaqbilx, irreġistra l-proċeduri użati u r-raġunijiet fuq il-Formola għat-Teħid tal-Kampjuni.
Il-formola għat-teħid tal-kampjuni
  • Imla l-formola għat-teħid tal-kampjun. Kopja waħda għandha tkun mehmuża mal-kampjuni u oħra għandha tinżamm fir-reġistri.
  • Iddokumenta l-istat tal-kampjuni meta jittieħdu - friski, imkessħa, imnixxfa, immelħa, affumikati jew fis-salmura (ħut, krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn u preparazzjonijiet tal-laħam), u indika jekk tkunx iffriżajthom.
Trasport
  • Żommhom kesħin jew fir-refriġeratur waqt it-trasport. It-temperatura tal-katina ta' tkessiħ għandha tiġi rreġistrata.
  • Il-ħut frisk jew imkessaħ jew il-preprazzjonijiet tal-laħam jistgħu jiġu ffriżati, jekk il-kampjun ma jistax jintbagħat fi żmien 24 siegħa għall-analiżi. Iffriża l-kampjuni f'temperatura ta' -18 °C jew inqas. F'dak il-każ il-kampjuni jridu jibqgħu ffriżati sakemm ikunu lesti għall-analiżi.
  • Fil-każ ta' preparazzjonijiet tal-laħam iffriżati żomm il-kampjun iffriżat f'temperatura ta' -18 °C jew inqas. It-temperatura tal-katina ta' tkessiħ għandha tiġi rreġistrata.
  • Ipproteġi l-kampjuni minn sorsi ta' kontaminazzjoni (irwejjaħ, likwidi, eċċ.) jew minn elementi li jistgħu jagħmlu ħsara lill-pakkett.
Ħażna
  • Żommu mkessaħ jew refriġerat taħt l-4 °C. It-temperatura tal-katina tat-tkessiħ għandha tiġi rreġistrata.
  • Għall-ħżin fil-friża iktar fit-tul, żomm il-kampjuni f'temperatura ta' -18 °C jew inqas u għamel monitoraġġ tat-temperatura matul il-ħażna.
  • Ipproteġi l-kampjuni minn sorsi ta' kontaminazzjoni (irwejjaħ, likwidi, eċċ.) u mill-kuntatt ma' sustanzi oħrajn.

Ħut, mhux iffriżat, u Preparazzjonijiet tal-Laħam (espandi l-lista )
Numru tal-HS Deskrizzjoni


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 31.01.2017 L-ewwel verżjoni