Oġġetti
Definizzjoni Ħut iffriżat, fletti tal-ħut, laħam ieħor tal-ħut (ikkapuljat jew mhux), krustaċi, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn.

Għal prodotti f'pakketti individwali ara l-iskeda speċifika għal ‘Pakketti għall-Bejgħ bl-Imnut'.

Ħut, iffriżat
Kwantità minima rrakkomandata għal kull kampjun
  • 1 kg
Standards u regolamenti EN/ISO speċifiċi għall-ħut, iffriżat
  • Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1379/2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

Leġiżlazzjoni (standards jew speċifikazzjonijiet tekniċi): jekk jogħġbok irreferi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-linji gwida nazzjonali tiegħek fir-rigward tat-teħid tal-kampjuni.


Tagħmir meħtieġ
Għodda ssuġġerita għat-teħid tal-kampjuni skont il-metodu użat
  • Għodod ġenerali: sikkina, mannara (tal-azzar inossidabbli), imqass, eċċ.
  • Lapes.
Kontenituri li għandhom jintużaw għat-teħid tal-kampjuni
  • Boroż tal-plastik, ta' disinni u daqsijiet differenti (P00)
  • Fojl tal-plastik
  • Kaxxi tal-iżolament - kontenituri bil-fowm tal-polistiren
  • Kaxxi tal-iżolament termali jew boroż għat-trasportazzjoni
  • Friżers jew friġġijiet mobbli
  • Indikaturi tal-katina tat-tkessiħ (reġistraturi tad-dejta dwar it-temperatura)
Prekawzjonijiet tas-sikurezza u valutazzjoni tar-riskju Jekk jogħġbok irreferi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-linji gwida nazzjonali tiegħek dwar is-saħħa u s-sikurezza.

Protezzjoni personali:
  • Ingwanti protettivi/jintremew wara l-użu.
  • Ilbies protettiv (ilbies adattat għal ġo friża).
  • Dejjem aħsel idejk qabel u wara li tmiss kwalunkwe prodott.
  • Waqt it-teħid tal-kampjuni, għandha tiġi evitata kwalunkwe kontaminazzjoni mikrobijoloġika jew ta' tip ieħor.
  • Il-ħut iffriżat jista' jkun għadd fih mikroorganiżmi ħajjin. Dejjem ħu miżuri ta' iġjene biex tevita l-kontaminazzjoni.

Pjan ta' teħid tal-kampjuni
Tip ta' kunsinna Deskrizzjoni
Ħut iffriżat, fletti tal-ħut, laħam ieħor tal-ħut, krustaċi, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn ta' HS 0303, 0304, 0306, 0307, 0308 f'kaxxa/pakkett Kaxxa waħda jew pakkett wieħed (1) ta' madwar 1 kg jitqiesu li jirrappreżentaw l-oġġetti kollha koperti mill-istess dikjarazzjoni doganali

Ħut iffriżat, fletti tal-ħut, fletti bis-separaturi bejniethom, fletti IQF (Iffriżati Malajr Individwalment) Fejn biċċiet tal-ħut jiġu ppakkjati flimkien bil-karti jew bil-plastik bejniethom u jistgħu jiġu sseparati f'biċċa waħda jew iktar, għandu jittieħed kampjun oriġinali u kampjun ta' riserva ta' mill-inqas 1 kg kull wieħed. Fejn il-biċċiet individwali jiżnu iktar minn 1 kg ħu biċċa waħda bħala l-oriġinali u biċċa waħda jew iktar bħala kampjuni ta' riserva.

Kampjun finali identiku għall-kampjun tal-laboratorju, meħud għar-risolviment ta' xi tilwima. Magħruf ukoll bħala kampjun ‘arbitru', ‘referee' jew ‘duplikat'.
Ħuta sħiħa Il-ħut sħiħ għandu jittieħed bħala kampjuni u ma għandux jinqata' jew jiġi sottodiviż.


Informazzjoni dettaljata
Proċedura tat-teħid tal-kampjuni
  • Kull kampjun għandu jittieħed minn dik il-parti tal-kunsinna li tippreżenta l-akbar riskju eż. li jkollha partijiet evidentament eteroġeniċi.
  • Ma għandekx taqta' l-ħut sakemm dan ma jistax jiġi evitat. Dejjem ipprova ħu biċċiet/pakketti/kaxxi sħaħ intatti.
  • Meta l-piż ta' kampjun individwali jaqbeż il-25 kg, ħu l-prekawzjonijiet biex tiżgura s-sikurezza eż. uża żewġ persuni sabiex iqandlu l-kampjun.
  • Jekk il-pakkett oriġinali ma jkunx biżżejjed sabiex jiggarantixxi ħażna u trasport intatti, uża borża tal-plastik jew il-fojl biex tippakkjah.
  • Żomm il-kampjun iffriżat. It-temperatura tal-katina ta' tkessiħ għandha tiġi rreġistrata.
  • Jekk ikun impossibbli li ssegwi l-gwida jew jekk id-dikjarant ma jaqbilx, irreġistra l-proċeduri użati u r-raġunijiet fuq il-Formola għat-Teħid tal-Kampjuni.
Formola għat-Teħid tal-Kampjuni
  • Imla l-formola għat-teħid tal-kampjuni. Kopja waħda għandha tkun mehmuża mal-kampjuni u kopja oħra għandha tinżamm fir-reġistri.
Trasport
  • Żomm il-kampjun iffriżat f'temperatura ta' -18 °C jew anqas. It-temperatura tal-katina ta' tkessiħ għandha tiġi rreġistrata.
  • Ipproteġi l-kampjuni minn sorsi ta' kontaminazzjoni (irwejjaħ, likwidi, eċċ.) jew minn elementi li jistgħu jagħmlu ħsara lill-pakkett.
Ħażna
  • Żomm il-kampjun iffriżat f'temperatura ta' -18 °C jew anqas. It-temperatura tal-ħażna għandha tkun immonitorjata b'mod regolari u rreġistrata.
  • Ipproteġi l-kampjuni minn sorsi ta' kontaminazzjoni (irwejjaħ, likwidi, eċċ.) u mill-kuntatt ma' sustanzi oħrajn.

Ħut, iffriżat (espandi l-lista )
Numru HS Deskrizzjoni


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 31.01.2017 L-ewwel verżjoni